Coca-Cola, Pepsi u Orangina huma ismijiet kbar fejn jidħlu soft-drinks. Dalwaqt se naraw il-prodotti tagħhom, fost oħrajn, ippreżentati f’pakketti iżgħar. Dan bħala parti mill-bidliet il qed taqbel magħom l-industrija tal-soft drinks Ewropea, fi sforz li qed tagħmel biex in-nies jikkonsmaw inqas zokkor. Ismijiet kbar fl-industrija qablu li jnaqqsu z-zokkor fil-prodotti tagħhom b’10% sal-2020.
Ta’ min iżid li bejn l-2000 u l-2015, diġà kien hemm tnaqqis ta’ 12% fl-ammont ta’ zokkor f’dawn it-tip ta’ xarbiet. It-tnaqqis ta’ 10% oħra mistenni jiġri fl-Ewropa kollha u mistenni jaffetwa mal-500 miljun konsumatur. Mistenni jkun hemm ukoll kampanji mmirati lejn il-konsum ta’ xorb migħajr kaloriji jew inkella bi ftit kaloriji. Riċerkaturi indipendenti mistennija jistudjaw l-effetti ta’ dan kollu mill-qrib, u jagħtu rendikont lil dawk kollha involuti.