Il-ħaddiema tal-Bomb Disposal Unit jinsabu quddiem l-iskola Primarja tas-Siġġiewi jeżaminaw pakkett suspettuż li kien irrapurtat minn residenti għaddejjin fiż-żona aktar kmieni dalgħodu. It-triq ingħalqet għall-pubbliku minħabba raġunijiet ta’ sigurtá.
Wara li għal xi ħin dawk li kienu fi triq ma tħallewx joħorġu, l-allarm jidher li naqas hekk kif m’hemmx restrizzjonijiet ta’ moviment. Jidher li dan il-pakkett suspettuż ma kinx bomba u li s-sitwazzjoni tinsab lura għan-normal.