Pakkett suspettuż simili għal dawk li ntbagħtu fil-kamra tal-aħbarijiet ta’ CNN, fid-dar ta’ Hillary u Bill Clinton, u fl-uffiċċju privat tal-eks President Barack Obama, instab barra ristorant tal-attur Robert De Niro f’New York.
Dan huwa t-tmien splussiv li nstab mill-Pulizija f’New York f’jumejn, li ntbagħtu lil kritiċi tal-President Amerikan Donald Trump.
L-attur popolari Robert De Niro kien voċiferu kontra l-President Trump, tant, li darba ddeskrivih bħala “diżastru naturali”.
Id-Dipartiment tal-Pulizija ta’ New York qalet li r-ristorant kien vojt fil-ħin li nstab il-pakkett bl-isplussiv.