Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia nfexx f’dagħdiegħa oħra ta’ negattività u attakki.
F’intervista ta’ nofsiegħa fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista, Delia allega li l-investiment mhux qed jersaq lejn xtutna kawża tat-tnaqqir fir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.
Dan jikkuntrasta ferm mal ahhar statistica ppublikata mill uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, li uriet kif l-investiment f’pajjiżna żdied b’żewġ biljun ewro.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista staqsa xi kredibilta’ jista’ jkollu Adrian Delia meta jitkellem dwar reputazzjoni, meta Delia nnfisu għandu akkużi ta’ ħasil ta’ flus li dejjem irrifjuta li jkun investigat dwarhom.
Dwar Għawdex li fl-ahhar snin ra l-inqas rata ta qghad fl istorja u tkabbir ekonomiku aktar minn malta, Delia qal li l-gvern qed jinjora lill-gżira Għawdxija.
Waqt li sa ftit ilu kien jgħid li jaqbel ma’ dan il progett, Delia issa qed jakkuża lill-gvern li bil-mina se jirrovina lil Għawdex.
Delia nfexx f’attakk isteriku fuq is-settur tal-edukazzjoni, fl-istess ġimgħa li ġiet inawgurata s-sitt skola gdida minn dal gvern f’sitt snin.
Kompla wkoll isejjaħ il-pre-fabricated classrooms bħala kontejners. Dan anki jekk dawn il-klassijiet huma mgħammra bl-aqwa faċilitajiet tant li l-Unjin Maltija għall-Għalliema approvat l-użu tagħhom.
Adrian Delia kompla jmeri s sewwa maghruf meta sostna li l-gvern ma mplimentax dak li wiegħed u l-faqar żdied.
Dan fl-istess ġimgħa li għat-tielet sena konsekuttiva l-gvern ħareġ bonds għall-anzjani b’investiment ta’ mitt miljun ewro biex ikomplu jtejbu d-dħul tagħhom.