Id-Deputat Prim Ministru qal kif ilbieraħ ngħataw 7,800 doża tal-vaċċin għall-Covid-19.
Dan ifisser li ngħatat doża kull 12-il sekonda u qal kif wieħed minn kull tliet persuni ħadu t-tilqima f’Malta.
Spjega li fil-verità r-rata hija f’inqas sekondi għax f’pajjiżna ma jsir tilqim bil-lejl.
Qal kif il-grupp ta’ bejn 30 u 39 sena, irreġistraw jew ħaduha diġà 47,700 persuna.
Qal kif 59% ta’ dawk bejn l-40 u d-49 sena ħadu l-vaċċin, 72% ta’ bejn dawk li jgħoddu 50 u 59 sena ħadu ’l vaċċin u 95% ta’ dawk li għandhom bejn 60 u 69 sena ħadu t-tilqima.
Intqal kif it-tilqima tal-Johnson & Johnson bdiet tintuża mil-lum.
Qal kif f’pajjiżna bħalissa għandna 10,000 doża minn dan il-vaċċin.
Qal li għaddejjin preparamenti, li jekk ikun hemm bżonn ta’ doża addizzjonali, din issir fix-xhur li ġejjin.