Pajjiżna baqa’ jgawdi mill-aħjar rating li qatt ingħatalu mill-aġenzija internazzjonali DBRS Morningstar hekk kif ġie ikkonfermat r-rating ta’ pajjiżna bħala A (high) stabbli.
F’rapport l-esperti ta’ din l-aġenzija li ma tħares lejn wiċċ ħadd nnutaw kif r-rati kbar li bihom kibret l-ekonomija Maltija qabel il-pandemija issa sostnew is-settur privat u pubbliku ta’ pajjiżna biex b’hekk id-daqqa mill-pandemija ma kinitx daqsekk kbira.
L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu kompliet tinnota kif fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena l-ekonomija ta’ pajjiżna kibbret bi kważi 8% grazzi għal irkupru sostnut kemm fil-konsum u anke fl-investiment.
Dan ġie rifless ukoll fir-rating pożittiv ħafna li ingħata pajjiżna mill-aġenzija.
Fost l-oħrajn ġie nnutat ukoll kif ir-rata ta’ qgħad ukoll hija inqas minn dik ta’ qabel il-pandemija.
Fattur li skont l-aġenzija huwa dovut għal tliet fatturi primarji.
Dawn huma l-irkupru gradwali tas-settur turistiku, l-għajnuna fiskali sostnuta mill-Gvern u r-rata qawwija ta’ vaċċinazzjoni.
Dwar dan tal-aħħar, DBRS saħansitra tgħid kif din ir-rata qawwija ta’ vaċċinazzjoni ser tkun kruċjali fid-dawl tal-varjant Omicron.
DBRS fil-fatt qed tbassar kif filwaqt li barra minn Malta dan il-varjant ser iħalli impatti sinifikanti, f’pajjiżna din ir-rata għolja ta’ vaċċinazzjoni ser tnaqqas ir-riskji.
“Nevertheless, Malta’s high vaccination rate and improved adaptability to the pandemic environment should mitigate the risks.”
B’kitba fuq il-midja soċjali dwar dan ikkummenta wkoll il-Prim Ministru Robert Abela, li filwaqt li laqa’ b’sodisfazzjon dan ir-rating pożittiv, innota kif ir-rata qawwija ta’ vaċċinazzjoni hija importanti għall-progress ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna.
Hawnhekk appella sabiex kulħadd jaħdem flimkien biex din ir-rata ta’ vaċċinazzjoni tibqa’ fost l-aqwa fid-dinja.
Ir-rapport minn DBRS jitkellem ukoll dwar il-finanzi pubbliċi b’analiżi li hija prattikament opposta għal dik tal-Oppożizzjoni.
Dan hekk kif ġie nnutat kif id-defiċit huwa dovut għal miżuri ta’ sostenn li DBRS qalet li huma kruċjali għas-sostenn tal-ekonomija ta’ pajjiżna.
Fost dawn il-miżuri r-rapport isemmi l-inizjattiva tal-Covid Wage Supplement, l-iskema tal-vouchers u n-nefqa fis-settur tas-saħħa fost l-oħrajn.
“The main measures include the wage supplement scheme, direct subsidies to firms in the most affected sectors, a voucher scheme, higher healthcare spending, and a temporary reduction in the property transaction tax.”
Ir-rapport saħansitra jgħid kif l-aġenzija temmen li hemm anke fondi biex pajjiżna jilqa’ għall-isfida tal-prezzijiet internazzjonali tal-fjuwil bit-track record ta’ pajjiżna jneħħi kull dubji li l-qagħda tal-finanzi tal-Gvern sejra titjieb.
Fl-analiżi tagħhom l-esperti tal-aġenzija DBRS nnutaw kif mhux jaraw li d-deċizjoni tal-FATF fuq pajjiżna kellha xi impatti ekonomiċi speċjalment meta wieħed iqis li s-settur finanzjarju u tal-gaming baqgħu jikbru b’rata qawwija.
L-esperti raw ukoll il-politika stabbli li għandu pajjiżna filwaqt li faħħru r-riformi kbar li saru f’pajjiżna biex tittejjeb il-governanza u s-saħħa tal-istituzzjonijiet.
Fost l-oħrajn innutaw kif il-Prim Ministru qassam aħjar il-poteri tal-istat filwaqt li wettaq riformi kbar fil-Korp tal-Pulizija, fil-qasam tal-ġudikatura u fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
“The Maltese authorities have made significant progress to improve the governance and institutional framework in recent years, rebalancing the power of the Prime Minister, the President and the Judiciary, which previously was more concentrated in the figure of the Prime Minister.