Bejn is-26 ta’ April u l-1 ta’ Mejju, pajjiżna se jkun qed jospita l-Offshore Racing Congress, avveniment fejn 38 dgħajsa minn 12 il-pajjiż differenti se jkunu qed itellqu bejniethom.
L-ospitanti tal-avveniment, li huwa kampjonat Ewropew, se jkunu r-Royal Malta Yacht Club u 9 dgħajjes se jipparteċipaw b’ekwipaġġ Malti.
Preżenti għat-tnedija kien hemm il-Ministru responsabbli għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia, fejn saħaq fuq l-impenn tal-Gvern li jassigura li avvenimenti bħal dawn jintlaqgħu f’pajjiżna, partikolarment fin-niċċa tal-ibburdjar. Huwa kompla jgħid kif pajjiżna għandu l-kapaċità li jiżviluppa f’hub ewlieni tal-ibburdjar fil-Mediterran.
Finalment il-Ministru fakkar kif pajjiżna, għall-ewwel darba se jniedi l-ewwel politika nazzjonali dwar il-jottijiet u s-superyachts, sabiex jikkonsolidaw il-preżenza Maltija f’din l-industrija dinjija kif ukoll iżid ir-rikonoxximent bħala l-pajjiż li għandu l-akbar reġistru tal-vapuri fl-Ewropa u li huwa destinazzjoni ferm popolari tal-jottijiet fil-Mediterran.
“Avvenimenti bħal dawn ikomplu jgħinu lil pajjiżna jtejjeb ir-reputazzjoni internazzjonali tiegħu f’dan is-settur. Tul l-aħħar ħames snin, in-numru ta’ dgħajjes ta’ aktar minn 24 metru rdoppja, saħaq il-Ministru Farrugia.
Intant il-Kap Eżekuttiv ta’ Yachting Malta Michael Mifsud qal kemm huwa importanti dan il-kampjonat għal pajjiżna minħabba l-fatt li huwa wieħed ta’ livell għoli u jikkonsisti f’parteċipanti ta’ livell għoli. Konsegwentement dan se jħalli impatt ekonomiku pożittiv hekk kif dawn ġabu f’pajjiżna madwar 400 atleta