L-impenn serju tal-Gvern biex jindirizza l-omofobija u t-transfobija flimkien mal-vuċi soda ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi f’Malta kienu l-elementi ewlenin li wasslu biex pajjiżna jitla’ fil-quċċata tal-indiċi ILGA-Europe.
Il-Gvern Malti f’dan il-qasam tat ir-riżultati għax biex l-affarijiet iseħħu kien hemm bżonn ta’ rieda politika.
Dan qalitu il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili fid-diskors tagħha waqt il-Festa de l’Unità f’Modena, fuq stedina tal-Partit Demokratiku Taljan.
Dr Dalli kellha wkoll taħdidiet mal-Ministru tal-Affarijiet Ewropej Patrizio Bianchi fejn ġiet diskussa kooperazzjoni bejn Malta u r-reġjun ta’ Emiglia Romagnia fl-oqsma ta’ xogħol, drittijiet tal-ħaddiema u opportunitajiet, kif ukoll il-ġlieda kontra x-xogħol prekarju.