Pajjiżna permezz tal-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela pparteċipa fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu.
Din il-konferenza li qed titella’ fuq livell Ewropew u wasslet fit-tlielet plenarja tagħha li saret bejn il-21 u t-22 ta’ Jannar. L-għan tagħha huwa li jsir eżerċizzju ta’ konsultazzjoni wiesa’ maċ-ċittadini Ewropej.
Il-Ministru Abela ħa sehem fil-grupp ta’ ħidma li tratta l-migrazzjoni, tema li tolqot il-pajjiżna fejn saħaq l-importanza tal-tisħiħ tad-djologu u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.
Barra minn hekk, il-Ministru laqa’ r-rakkomandazzjoni dwar kriterji d-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol u li fost l-oħrajn jinħoloq qafas li jappoġġja l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. Liema rakkomandazzjonijiet diġà qed ikunu addattati f’pajjiżna.
Hawnhekk, ġie nnutat il-frott li qed ikun maħsud f’pajjiżna fosthom permezz ta’ servizz għall-indukrar tat-tfal mingħajr ħlas, li ġab miegħu żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol.
Rigward ir-rakkomandazzjonijiet dwar strumenti għall-parteċipazzjoni fit-teħid tal-deċiżjonijiet fuq livell Ewropew, il-Ministru Abela għamel refernza għall-Aġenzija għas-Servizzi Ewropej f’Malta li tibqa’ żżom liċ-ċittadin infurmat dwar x’inhu jiġri fl-Unjoni Ewropea. B’hekk din l-aġenzija tista’ sservi ta’ mudell għall-Istati Membri kollha fejn tali aġenzija kapaċi tagħmel dan ix-xogħol.
Il-Ministru Carmelo Abela tenna li din l-aġenzija tellgħet mal-erbgħin attività ta’ diskussjoni li ppermettiet firxa wiesgħa ta’ nies jagħtu l-ideat u s-suġġerimenti dwar il-Futur tal-Ewropa.
Waqt id-diskors tiegħu Abela tenna li bħalissa dan l-eżerċizzju jinsab biss fil-bidu tiegħu, iżda għandu potenzjal li permezz ta’ djalogu soċjali miftuħ kapaċi jwassal għall-Unjoi li tirrifletti taċ-ċittadini Ewropej.