Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, qal li pajjiżna jinsab fi kriżi u biex għamel dan reġa’ bbaża l-argumentazzjoni tiegħu fuq dokumenti ta’ Daphne Caruana Galizia li issa kien provat li huma foloz.
F’diskors b’ħafna kliem bħal itlaq ‘il barra, Simon Busuttil reġa’ appella lin-nies biex imorru l-mass meeting tal-Partit Nazzjonalista wara nofs in-nhar.
Il-laqgħa fis-Siġġiewi kienet iddominata minn agressività, mhux biss tal-Kap iżda wkoll tad-Deputat Segretarju Ġenerali Jean Pierre Debono.