Ix-xahar li għadda, pajjiżna kompla jirreġistra fost l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja tiegħu.
Dan ġie kkonfermat permezz ta’ ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, fejn ħareġ li pajjiżna rreġistra rata ta’ qgħad ta’ tnejn punt disgħa fil-mija.
Meta mqabbel ma’ xahar qabel, ir-rata ta’ qgħad naqset b’zero punt wieħed fil-mija, hekk kif ir-rata tal-qgħad fi Frar kienet ta’ tlieta fil-mija.
Skont dawn iċ-ċifri tal-NSO ħareġ li r-rata ta’ qgħad fost l-iriel kienet ta’ tlieta fil-mija, waqt li fost in-nisa kienet ta’ tnejn punt tmienja fil-mija.
Din ir-rata baxxa ta’ qgħad f’pajjiżna naqset minkejja l-isfidi internazzjonali bla preċedent ta’ bħalissa.