Matul dawn l-aħħar mija u sitt snin, bdiet tiġi ddedikata ġurnata li tfakkar lill-vittmi taż-żewġ gwerer kollha madwar id-dinja, b’pajjiżna jingħaqad mal-kumplament tal-Commonwealth biex illum, fl-eqreb Ħadd tal-11 ta’ Novembru, jsellem b’mod partikolari lill-vittmi taż-żewġ gwerer dinjija.
Bħal kull sena dalgħodu tħejjiet ċerimonja ta’ Jum it-tifkira għal din l-okkażjonim fejn fil-bidu ġiet iċċelebrata quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Qabel il-quddiesa, il-President ta’ Malta spezzjonat l-Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta’ Malta, bis-sehem ukoll tal-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Wara l-quddiesa, segwiet ċerimonja ta’ tifkira biswit il-Monument tal-Gwerra, fil-
Furjana. Matul din iċ-ċerimonja tqiegħdu kuruni tal-fjuri f’riġlejn il-Monument tal-Gwerra mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, il-Prim Ministru Roberto Abela, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.