Mill-bidu tal-programm ta’ ċittadinanza b’investiment sa Settembru li għadda, pajjiżna daħħal €310,300,500 minn dan l-istess programm.
Apparti dawn, l-ekonomija Maltija gawdiet minn €44 miljun f’xiri ta’ propjetà u €24 miljun f’kiri ta’ propjetà, riżultat tal-IIP.
Dan minbarra kontribuzzjonjet oħra li applikanti għal dan il-programm għamlu m’għaqdiet volontarj u NGOs.
Dan ħabbru l-Ministru Owen Bonnici fil-Parlament ftit tal-ħin ilu, fejn qal ukoll li s-sena d-dieħla se l-Gvern se jkompli jsaħħaħ dawn is-sistemi sabiex jiżgura li isem l-iskema jibqa l-aqwa tat-tip tiegħu.