Malta għandha l-ħames l-inqas rata ta’ nies jaħdmu fil-prekarjat fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Statistika tal-EUROSTAT turi li huma biss 0.4% tal-ħaddiema li jgħoddu bejn l-20 u 64 sena li għandhom kuntratt tax-xogħol ta’ mhux aktar minn tliet xhur.
Dan meta l-medja Ewropea hija ta’ 2.3%.
Qabel Malta ġew ir-Rumanija, ir-Repubblika Ċeka, Ċipru u l-Ġermanja.
Dawn kellhom rata ftit biss inqas minn pajjiżna fejn irreġistraw rata ta’ 0.2% u 0.3%.
L-aktar pajjiżi li għandhom xogħol prekarju huma l-Kroazja b’6.5%, Franza b’4.7% u Spanja b’4.2%.