L-attività politika tal-Partit Nazzjonalista fl-Imsida kienet iddominata minn diskors dwar il-messaġġ li jrid jintbagħat fi tmienja ta’ Ġunju.
Justin Schmebri: “Aħna għandna l-obbligu li nwasslu messaġġ… Se nkunu qegħdin nuru li l-partit nazzjonalista qiegħed hawn.”
Dan kollu, qal Justin Schembri, ma jieqafx mat-tmienja ta’ Ġunju imma huwa l-ewwel sinjal biex f’Kastilja jkun hemm Prim Ministru Nazzjonalista.
Justin Schembri: “Pajjiżna fi żmien sentejn ikollu gvern nazzjonalista mill-ġdid.”
Intant, wara li s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Michael Piccinino, qal li jneħħi l-iskema tal-istabbiltà fil-prezzijiet, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kompla jibni fuqu. Għax għalih din ma tiswa xejn.
Bernard Grech: “Dan il-Gvern mhu qiegħed jagħmel xejn.”
L-għada li DBRS Morningstar ta credit rating A High u stabbli għall-ekonomija Maltija, Grech qal mod ieħor.
Bernard Grech: “L-ekonomija tagħhom qiegħda tinxef.”
U ma naqasx l-attakk fuq il-Prim Ministru Robert Abela, li skont Bernard Grech sab sodda lesta minkejja l-isfidi nazzjonali u internazzjonali kemm ilu Prim Ministru.
Bernard Grech: “Robert Abela il-prinċep ma jafx x’iġifieri li tbati sab sodda lesta u dik is-sodda ħarbatha, hekk jgħidulek il-Laburisti.”