Malta għandha l-inqas rata ta’ qgħad fiż-Żona Ewro.
Dan ħareġ minn statistika maħruġa mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, għax-xahar ta’ Jannar.
Skont il-Eurostat, ir-rata ta’ qgħad ta’ pajjiżna hija ta’ 3.1%, li hija l-inqas waħda fost il-pajjiżi kollha taż-Żona Ewro.
Flimkien ma’ Malta, bl-inqas rata ta’ qgħad hemm il-Ġermanja.
Il-medja tar-rata ta’ qgħad fiż-Żona Ewro hija ta’ 6.8%, li jfisser li r-rata ta’ Malta hija inqas min-nofs dik taż-Żona Ewro.
Bħal-lum ġimgħa, statistika tal-NSO wriet li n-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol f’Malta, reġa’ naqas f’Jannar u n-numru ta’ persuni qiegħda kien ta’ ftit aktar minn elf ruħ.
Jirriżulta li f’sena, il-qgħad naqas bi kważi żewġ terzi.