L-alleati tal-Ukrajna mmexxija min-NATO ħabbru kunsinni ta’ armi avvanzati tad-difiża tal-ajru lejn Kyiv, wara sensiela ta’ attakki bil-missili minn naħa tar-Russi.
L-armi mwiegħda mir-Renju Unit, il-Kanada, Franza u l-Olanda jinkludu missili u radars. L-Istati Uniti diġa’ għamlu wegħda simili, filwaqt li sistema ta’ teknoloġija avvanzata mgħotija mill-Ġermanja diġà tinsab fl-Ukrajna.
Dawn il-wegħdiet tal-għotjiet ġejjin hekk kif l-alleati tal-Ukrajna minn 50 pajjiż iltaqgħu fil-kwartieri ġenerali tan-NATO fi Brussell. Kellima għal Kiev faħħru is-summit bħala wieħed “storiku”.
Sigħat wara, attakki Russu laqtu l-belt tan-Nofsinhar ta’ Mykolaiv.
Is-sindku tal-belt, Oleksandr Senkevich, qal li l-belt kienet milquta b’mod gravi għall-ħabta tas-01:00 fil-ħin Ukren.