Franza u ħmistax alleat tagħha fl-Ewropa u l-Kanada kkundannaw dik li huma qed iqisu bħala deċiżjoni biex jintbagħtu merċinarji Russi fil-Mali.
Huma saħqu li din id-deċiżjoni ser tkompli tiddeterjora s-sitwazzjoni ta’ sigurtà fl-Afrika tal-Punent li bħalissa għaddejja b’diversi battalji kontra gruppi Ġiħadisti.
Dawn il-pajjiżi tal-Punent qed jakkużaw il-Gvern Russu li forna materjal lill-grupp ta’ merċinarji iżda r-Russja ċaħdet li għandha xi tip ta’ kuntatt ma’ dan il-grupp.
Intant, l-Unjoni Ewropea, riċentament, għadha kif imponiet sanzjonijiet fuq dan il-grupp u akkużahom li kienu involuti f’diversi każijiet ta’ abbuż fuq drittijiet umani.