Filwaqt li hawn Malta l-prezz tal-enerġija huwa garantit li jibqa’ dak li hu, fl-Italja se jkun hemm żieda ta’ kważi 1%, minħabba ż-żieda fil-prezz internazzjonali tal-fuel.
B’differenza, il-prezz tal-elettriku f’pajjiżna mhux ser jiġi affettwat miż-żidiet qawwija fil-prezz internazzjonali taż-żejt. Dan huwa dovut għall-pjan tal-enerġija li qed iwettaq dan il-Gvern biex pajjiżna jiġġenera l-elettriku mill-gass u ma jibqax dipendenti fuq il-heavy fuel oil.
F’pajjiżna lbieraħ il-kumpanija Enemed ħabbret żieda ta’ erba’ ċentezmi fil-prezz tal-fuel. L-ewwel żieda f’bosta xhur minħabba ż-żidiet enormi fil-prezz internazzjoni taż-żejt li kien hemm fl-aħħar xhur.
Iżda l-prezz imħabbar se jibqa stabbli sal-aħħar ta’ Marzu, b’differenza minn dak li kien jiġri taħt amministrazzjoni preċedenti meta l-prezzijiet kienu jinbidlu fl-aħħar ta’ kull xahar.