Il-maġġoranza tal-Ewropa għadha magħluqa għall-ivvjaġġar biex tikkontrolla l-imxija tal-Coronavirus, iżda xi pajjiżi bdew jiftħu l-fruntieri.
Illum se tiftaħ dik li qed tissejjaħ “Baltic bubble”, biex nies fl-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja jistgħu jivvjaġġaw bejn it-tliet pajjiżi. L-ivvjaġġar jista’ jsir bil-ferrovija, bl-ajru u bil-baħar.
Dawn it-tliet pajjiżi bejniethom irreġistraw inqas minn 150 mewt.
L-Unjoni Ewropea wegħdet li b’xi mod, l-istaġun tas-sajf se jiftaħ għat-turisti. Din l-industrija hija madwar 10% tal-ekonomija fl-Ewropa.
Ritratt: EPA