Nazzjonijiet fl-Ewropa rreaġixxew u kkundannaw l-azzjonijiet tar-Russja fl-Ukrajna.
Kelliem għall-Gvern Ġermaniż qal li l-Kanċillier Olaf Scholz tkellem mal-President Ukren u assigurah is-solidarjetà.
Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson qal li jinsab ixxukkjat b’dan l-attakk u li pajjiżu se jirrispondi b’mod deċiżiv.
Il-Prim Ministru Taljan Mario Draghi qal li l-azzjoni tar-Russja mhix ġustifikata.
Żied li l-Gvern tiegħu qed jaħdem m’alleati Ewropej oħra u man-NATO biex jirrispondu b’mod immedjat b’għaqda u determinazzjoni.
Sadanittant, kelliem għall-Gvern Pollakk qal li wasal iż-żmien li jissaħħaħ in-NATO u li għandhom jittieħdu ċertu deċiżjonijiet.