Pajjiżi fin-naħa t’isfel tal-Afrika ntlaqtu minn għargħar kbir li ħalla għexieren ta’ persuni mejta fir-reġjun kawża tal-maltempata tropikali, Ana.
F’Madagascar, aktar minn erbgħin persuna mietu u madwar mitt elf ruħ kienu mġiegħla jħallu djarhom biex isibu kenn f’xelters temporanji.
Fil-Malawi, mietu madwar għoxrin persuna oħra. Fil-pajjiż inqata’ d-dawl u f’ċertu żoni ġie ddikjarat stat ta’ diżastru.
Fil-Mozambique mietu aktar minn tnax-il persuna u għoxrin elf oħra ntlaqtu mill-ilmijiet li qed iġorru l-binjiet.