Jinħass sentiment ta’ ferħ u kuraġġ kbir fost il-poplu Malti. Ferħ u kuraġġ li qed jissarraf f’ġid kbir f’pajjiżna. Il-poplu Malti jinsab ferm u ferm kuntent b’dak kollu li qed jgħamel dan il-Gvern. Gvern li qed jagħti lil pajjiżna u lil poplu Malti direzzjoni u ħidma bla waqfien u suċċessi wieħed wara l-ieħor. Mill-ewwel ġurnata tiegħu bħala Prim Ministru, Joseph Muscat beda jġib il-bidla f’pajjiżna, bidla li l-poplu Malti u Għawdxi qed iħossha, japprezza u li qed ittejjeb il-kwalita’ tal-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna.
Bil-politika ta’ dan il-Gvern, il-poplu Malti u Għawdxi issa qed jemmen fil-kwalitajiet kbar tiegħu u kull wieħed u waħda minna sar jiftaħar b’pajjiżna. Tajjeb li ma ninsewx li sa ħames snin ilu, meta kien hawn Gvernijiet Nazzjonalisti, il-Poplu Malti kien biss imdorri iħallas aktar taxxi u jerfa l-piż ta’ Gvernijiet li ma kellhomx għal qalbhom pajjiżna iżda kienu biss moħħom biex jagħtu l-impressjoni li rridu nieħdu paċenzja.
Bil-Partit Laburista fil-Gvern u b’Jospeh Muscat bħala Prim Ministru il-mentalita’ nbidlet drastikament u llum Gvern Laburista huwa l-Gvern ta’ kull wieħed u waħda minna. Dan għaliex illum waħda mil-akbar sfida li għandna hija biex inleħħqu mat-tkabbir ekonomiku u mas-suċċess li għaddej minnu pajjiżna. Illum mhux in-nies jiġru wara x-xogħol (kif kienet taħt Gonzi PN) iżda x-xogħol jiġri wara n-nies.
Dan kollu ma jiġix b’kumbinazzjoni iżda jiġi għax għandna Gvern u Prim Ministru ddedikati u ddeterminati li lil dan il-pajjiż ipoġġuh l-aqwa fid-dinja. Diġa’ meqjusin bħala l-aqwa fl-Ewropa u għalhekk Malta saret l-attrazzjoni ta’ ħafna u l-għira ta’ pajjiżi ħafna akbar minna li m’għandhomx il-ġid li għandna aħna u li qed niksbu.
Irrid ngħid li l-attitudni pożittiva u ddeterminanti tinħass kemm fuq livell ta’ Gvern iżda tinħass ukoll minn kull rappreżentant tal-Gvern. Kull Ministru, Segretarju Paralmentari u deputati tal-Gvern jaħdmu bla waqfien u b’ħeġġa kbira. Dan huwa Gvern li baqa’ saqajh mal-art u ma kibritlux rasu. Gvern li mhux in-numri imexxuh iżda Gvern li hu jmexxi n-numri. Is-surveys li dejjem juru aktar u aktar appoġġ lejn il-Prim Ministru jimlewk tassew b’kuraġġ kbir għaliex tinduna kemm il-poplu Malti japprezza u jirrikonoxxi l-ġid kbir li qed jgħamel għalina Joseph Muscat u t-tim tiegħu.
L-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna qed ngħixuh u ser inkomplu ngħixuh għaliex għandna Gvern b’saħħtu maqgħud u ddeterminat. Gvern li jgħamillek Budget wieħed wara l-ieħor fejn jagħtik u mhux jeħodlok. Gvern li jifraħ bis-suċċess tiegħek u Gvern li jridek tilħaq il-potenzjal tieghek. Tajjeb ngħidu li dan huwa Gvern li ma jħalli lil ħadd warajh u jaħseb f’kulħadd.
Għalhekk ma jonqosx li nirringrazzjaw lil dan il-Gvern u lill-Prim Ministru għażiż tagħna ta’ dak kollu li jgħamel għalina lkoll.