Fi tliet ġimgħat, id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg irċieva mas-6,000 mistoqsija b’rabta mat-tliet pakketti ta’ miżuri mħabbra mill-Prim Ministru b’mod speċjali mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tul it-tliet ġimgħat li għaddew.
Dan qalu l-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet virtwali li matulha ħabbar li dan id-Dipartiment nieda wkoll żewġ helplines għall-ħaddiema u min iħaddem.
Il-Minsistru Abela stqarr: “Ħabbarna wkoll helpline fejn wieħed jista’ jċempel 1575 għal min hu ħaddiem u jixtieq li jara jekk hux l-interessi tiegħu bħala ħaddiem hux qed jiġi osservati u jew anki forsi jkun irid jirraporta xi abbuż. 1576 għal employers li jkunu jridu jaraw kif jistgħu jiksbu erti permessi partikolari l ijinsbau fihom.”
Abela fakkar ukoll kif fit-tielet pakket ta’ għajnuna finanzjarja imħabbra mill-Prim Ministru Robert Abela, il-Gvern intrabat li jagħti €800 bħala paga fix-xahar lill-ħaddiema, f’dawk l-oqsma identifikati bħala l-aktar milquta mill-Coronavirus.
Il-Ministru Abela sostna: “F’każ li jkun hemm min jew għandu xi dubju jew irid jirraporta xi abbuż id-dipartimetn huwa d-dipartment li jinvestiga f’dawn it-tip ta’ abbużi u f’każ li min iħaddem ma jkunx jista’ jlaħħaq ma dawn l-obbligi li kien hemm qbil ġenerali fuqhu fl-MCESD għandu bżonn il-permess partikolari ta’ dan id-dipartiment.”
Irid ikun id-Dipartiment li jagħti l-permess lil dawk il-kumpaniji li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jżommu l-ammont ta’ paga u kundizzjonijiet normali għall-ħaddiema tiegħu.
Abela fakkar kif malli l-leave tal-kwarantina minn volontarju sar wieħed mandatorju, tressaq ukoll avviż legali sabiex jiġi emendat l-att dwar l-impjiegi u r-relazzjonijiet industrijali.
Fakkar kif din kienet saret wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali u laqgħa tal-bord għar-relazzjonijiet fuq il-post tax-xogħol fejn l-imsieħba soċjali talbu li dak li kien ingħata lill-ħaddiema tal-Gvern itih lis-settur privat.
Il-Ministru Carmelo Abela rrimarka li dan sar kollu.