Xena mhux tas-soltu iktar kmieni dalgħodu meta f’Paceville il-pulizija kellha tintervjeni biex toħroġ mara minn trakk taż-żibel. Il-mara, li minn kliemha dehret li hi Taljana, bdiet tiġri għarwiena ħuta mat-toroq ta’ Paceville sakemm daħlet fil-kabina ta’ trakk li kien qed jintuża biex jiġbor iż-żibel.
Ix-xufier insista magħha li tinżel iżda wara li għamlet hekk daħlet fuq wara tat-trakk proprju fil-post fejn jintefa ż-żibel u minbarra li maħmuġ perikoluż.
Kien intervent tal-pulizija u persuni oħra li bil-paċenzja ħarġuha minn hekk u ttieħdet l-isptar permezz ta’ ambulanza.