Il-Malta Developers Association (MDA) talbet lill-Awtorità tal-Ippjanar biex testendi ż-żmien li fih jistgħu isiru sottomissjonijiet dwar il-Master Plan ta’ Paceville minħabba li dan hu dettaljat ħafna u hemm bżonn iż-żmien biex jiġi studjat.
Dan għamlitu wara numru ta’ talbiet magħmula waqt laqgħat ma’ membri tagħha li għandhom proprjetajiet li jistgħu jkunu effettwati bil-Master Plan proposta.
L-MDA ħeġġet lil kull min hu interessat li jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu bil-miktub.