Bejn l-2008 sal-aħħar ta’Awwissu ta’ din is-sena ġew irraportati li nsterqu 17,993 mobile. L-akbar numru ta’ mobiles li nstabu minn dan in-numru, kien ta’ 8,619 f’San Ġiljan.
Dan qalu l-Ministru Carmelo Abela fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari li għamel id-Deputat Laburista Luciano Busuttil.
Kienu total ta’ 425 persuna li tressqu l-Qorti b’rabta ma’ serq ta’ mobiles.