L-istaġun tal-festi tal-Milied f’Londra għal din is-sena nfetaħ uffiċjalment nhar it-Tlieta filgħaxija hekk kif il-famuża triq tax-xiri Oxford Street ġiet mixgħula bi 300,000 stilla mill-kantant Ingliż Tom Grennan.
Dan l-avveniment jimmarka l-bidu tal-istaġun festiv fil-kapitali Ingliża bid-dwal jibqgħu mixgħula sa Jannar 2025.
Din is-sena, Oxford Street ingħaqdet mal-Great Ormond Street Hospital Charity. Il-kantant Tom Grennan qal li kien ta’ unur għalih li ġie mistieden biex jixgħel d-dwal speċjalment meta qed tiġi appoġjata entità bħal Great Ormond Street Hospital Charity li jagħmlu xogħol inkredibbli biex jgħinu tfal morda serjament ikollhom l-aħjar tfulija possibbli.