“Nixtieq nagħmilha ċara li m’għandix interess li mmur għall-Eurovision. Għandi pjanijiet oħra għall-karriera tiegħi”
Dan kien il-messaġġ li tella’ fuq Instagram u Facebook, il-kantant Owen Leuellen b’rabta ma’ artikli u polls li ħarġu fil-beraħ jitolbu biex itellgħu lil dan l-artist għall-Eurovision.
Dan wara li Leuellen, is-Sibt li għadda kien fit-tellieqa għall-ewwel post għall-kompetizzjoni televiżiva tal-kant X Factor Malta bir-rebbieħ ngħata kuntratt ma’ Sony u kif ukoll se jkun qed jitla’ jirrappreżenta lil pajjiżna f’Tel Aviv għall-Eurovision.
Fil-messaġġ tiegħu Leuellen feraħ lil Michela Pace tar-rebħa tagħha u faħħar it-talent kbir li għandha kif ukoll faħħar lill-kontestanti l-oħra li ħadu sehem.
Leuellen xtaq jiċċara l-pożizzjoni tiegħu b’rabta mal-petizzjoni, polls u kif ukoll artikli li ħarġu dwar mijiet ta’ persuni li bdew jitolbu biex Leuellen jitla’ għall-Eurovision flimkien ma’ Michela.
Hu rringrazzja lil kulħadd tal-appoġġ li wrew u lil dawk kollha li vvutawlu. Spjega kif hu jinsab ferm kuntent bir-riżultat li kiseb u hekk kif hu beda mix-xejn u spiċċa fit-tieni post fl-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta.
Sostna li għal dawk li jixtiequ jkunu jafu aktar, hu qed jimira li jieħu direzzjoni differenti – li żgur mhix il-Eurovision. “Ebda offiża għal min hu fanatiku tal-Eurovision, iżda mhux it-tip tiegħi.