Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, f’pajjiżna ma kienx hawn mediċini out of stock għal 21 ġimgħa.
Jiġifieri minn Jannar sa Ġunju, fil-maġġoranza assoluta tal-jiem kien hawn il-mediċini kollha meħtieġ mill-poplu Malti. Din hija differenza kbira minn ftit snin ilu, meta l-mediċini out of stock kienu saru xi ħaġa normali. F’ġimgħa partikolari fl-2009, il-mediċini out of stock laħqu s-690. Illum ir-riżultati jitkellmu waħdehom.
Ma kienux ftit l-attentati tal-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista biex imeru riżultati bħal dawn. Iżda sa xahrejn ilu, il-Kap Eżekuttiv tas-CPSU kkonferma ma’ dan is-sit li ma teżisti ebda mediċina out of stock fis-sistema tas-saħħa pubblika. Minn dak iż-żmien ‘l hawn, il-Gvern kompla bl-impenn tiegħu biex is-saħħa tibqa’ priorità.
https://www.youtube.com/watch?v=AgWXk0ueytU