• IL-GVERN JIBQA’ JGAWDI FIDUĊJA QAWWIJA
• IL-MALTIN IĦOSSU LI L-EKONOMIJA TAL-PAJJIŻ U TAGĦHOM SEJRA TAJJEB
• JEMMNU LI SAĦANSITRA SE TITJIEB
Fir-rebbiegħa, f ’mument ta’ kampanja elettorali, u negattiviżmu kbir mill-Oppożizzjoni f ’pajjiżna l-Maltin ħassewhom iktar ottimisti bir-riżultati li qed jikseb pajjiż- na. Tant li 86% tal-Maltin qalu li l-ekonomija ta’ Malta sejra tajjeb. 5% iktar minn kemm qalu li l-ekonomija sejra tajjeb fil-ħarifa. Dan jikkuntrasta bil-kbir mal-medja Ewropea ta’ 46% fil-mija. Meta mistoqsija kif jevalwaw il-qagħda finanzjarja fid-dar tagħhom, 87% tal-Maltin qalu li hi waħda tajba u mistoqsija dwar is-sitwazzjoni fuq ix-xogħol, 62% qalu li tajba.
Hawn ukoll jispikkaw ir-riżultati aħjar mill-medja fl-Unjoni Ewropea. Meta mitluba jgħidu kif jaħsbu li se tkun il-qagħda ekonomika ta’ Malta tul it- 12-il xahar li ġejjin, 40% talMaltin qalu li aħjar jew l-istess, jiġifieri tajba. 4% biss qalu li ħażin filwaqt li oħrajn wieġbu li ma jafux. Il-qagħda tal-impjiegi wkoll mistennija tmur għall-aħjar għal 40% tal-Maltin, u filwaqt li 39% jemmnu li se tibqa’ l-istess, 4% biss jemmnu li se tmur għall-agħar. Il-Maltin imbagħad huma inqas ottimisti fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-Unjoni Ewropea b’dawn ir-riżultati jinżlu bin-nofs.
Għall-Maltin l-iktar kwistjoni li tħasseb baqgħet l-immigrazzjoni bi 33%. Kwistjoni li tħasseb ukoll lill-Ewropej bi 22%. Però l-Ewropej huma mħassbin iktar bix-xogħol fejn 29% isemmuh bħala l-iktar biċċa wġigħ ta’ ras, rata li għall-Maltin hi ta’ 2% biss.
Sinifikanti kif 19% tal-Maltin jgħidu li mħassba bl-ambjent u r-rata ta’ kriminalità. Intant, il-Gvern Malti baqa’ jgawdi l-fiduċja ta’ 58% talMaltin. Xi ħaġa li 30% biss ma jaqblux magħha. B’hekk il-fiduċja tal-Gvern Malti hi ferm iktar minn dik irreġistrata minn istituzzjonijiet oħra u l-Unjoni Ewropea fost oħrajn.