Mejju kien l-aqwa xahar għat-Turiżmu f’Malta mill-pandemija ’l hawn, filwaqt li Ġunju jidher li se jkompli bl-istess andament. Il-gazzetta KullĦadd tkellmet ma’ persuni b’esperjenzi twal fis-settur turistiku dwar dan l-andament.
Warren Zarha, id-Direttru Maniġerjali ta’ Alpine Group qal li l-kampanji promozzjonali li għamlet Malta permezz tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ħalliet il-frott.
“Kien hemm ħafna discussions ta’ kif se nerġgħu nirkupraw in-numri. Jien naħseb li l-campaigns li saru, is-support schemes, il-promotional campaigns li kien hemm barra dawk kollha ħolqu awareness ta’ Malta u x’tista’ toffri in a genuine and authentic way.”
Il-Kullħadd sostniet kif pajjiżna uża ż-żmien tal-pandemija b’għaqal u ħadem sabiex jikkompeti bis-serjetà fis-settur turistiku.
Is-Sur Zarha żied jgħid li n-numri sodisfaċenti qed jagħtu prosperità għaż-żmien li ġej fis-settur turistiku f’pajjiżna.
Il-gazzetta KullĦadd tkellmet ukoll ma’ Peter Cauchi, Sales Manager mal-istess kumpanija li jmexxi Zahra, huwa ta ħarsa wkoll lejn is-settur turistiku lokali b’mod pożittiv.
Innota kif is-suq Ġermaniż qed jiżdied f’pajjiżna, fejn fil-fatt, iċ-ċokon ta’ ġżiritna huwa vantaġġ, b’mod speċjali fin-niċċa turistika tal-konferenzi.
Spjega kif kumpaniji barranin jorganizzaw konferenzi f’Malta, li toffri pakkett ferm vantaġġjuż.
“Bil-MICE huma togħġobhom ħafna Malta li it’s small, compact u tista’ tagħmel ħafna affarijiet within the typical MICE period, Thursday to Sunday, ġifieri, hawn nistgħu nagħmlu ħafna u m’għandniex ħafna long transfers, allura l-programm tista’ vera tippakkjah tajjeb, interessanti u tagħmilhom free time u oovjament għandna prodott li huwa tajjeb bħala lukandi, infrastruttura eċċ, li jaqbillhom u naħseb li anke l-prezzijiet għandna raġonevoli.”
Norbert Grixti, Direttur Maniġerjali tal-Lukanda Excelsior ukoll saħaq mal-gazzetta KullĦadd li qed jantiċipa li l-lukanda jkollha okkupanza tas-70% li kellha fl-2019, sena li ddiskreviha bħala mill-aqwa għat-turiżmu f’pajjiżna.