Minn sena għal oħra huma bosta dawk li jistennew il-pantomima tal-Milied. Tradizzjoni li x’aktarx oriġinat mill-commedia dell’arte fis-seklu 16 li eventwalment evolviet fi tradizzjoni Ingliża, li għadha b’saħħitha saż-żminijiet tal-lum.
Magħġuna mal-karattri tradizzjonali fosthom tad-dama, ir-raġel liebes ta’ mara, il-prinċep, il-karattru kattiv, u t-tmiem tal-ħolm bl-istorja t’imħabba tinbet bejn il-karattri ewlenin, ma tonqosx id-doża qawwija ta’ umoriżmu u f’xi waqtiet battuti kemmxejn qawwija.
Tkellimna ma’ Rodney Gauci li għal dawn l-aħħar snin ħadem il-parti tad-dama fejn spjegalna l-irwol li għandu dan il-karattru.
Huwa qalilna: “Il-mara fil-pantomina hija dan ir-raġel goff, is-soltu, li kien liebes ta’ mara u għalkemm mhux dejjem jirnexxilu jkun mara biżżejjed għax huwa daqsxejn raġel goff, xogħlu hu li jżomm l-istorja għaddejja.”
Gauci spjega li għalkemm sar ħafna xogħol biex il-pantomina terġa tittella’, tħassret l-edizzjoni ta’ din is-sena fl-interess tas-saħħa pubblika.
L-attur spjega iżda li huwa ottimist għall-futur biex jerġa jitla fuq il-palk u ikun jista jerġa’ jpaxxi lil dawk li ikunu preżenti.
Huwa sostna: “Għas-sena d-dieħla issa allura għandna ħafna pjanijiet ġodda, ma nistax ngħidlek xejn minnhom, imma iva l-pjan hu li tbiddel ftit il-forma eżistenti. Allura aħna dejjem inżommuhom on the age of their seats.”