Il-pulizija ta’ Ottawa qalet li dimostranti determinati għadhom fil-kapitali tal-Kanada wara kważi ġimagħtejn ta’ protesta mmexxija minn trakkijiet kontra t-tilqim.
Ottawa tinsab taħt stat ta’ emerġenza hekk kif il-pulizija qed tipprova trażżan din il-protesta.
L-awtoritajiet qalu kif kwart tal-vetturi imsejħa Freedom Convoy u li għandhom tfal fihom, jistgħu jkunu f’riskju waqt l-operazzjonijiet.
Infetħu kważi tmenin investigazzjoni kriminali relatati mal-protesti u minn eluf ta’ dimostranti, saru xi żewġ tużżani arresti.
Minbarra abbuż razzjali u omofobiku rrappurtat, id-dimostranti żifnu fuq il-qabar ta’ suldat fil-Monument Nazzjonali tal-Gwerra.
Il-protestanti għamlu wkoll theddida ta’ bomba falza li l-awtoritajiet qalu li kienet maħsuba biex tqarraq u tfixkel lill-pulizija.