Nhar is-Sibt 22 u l-Ħadd 23 ta’ Ottubru, l-Orkestra Junge Philharmonie Wien minn Vienna se tkun qed ittela’ kunċert fit-Teatru Manoel.
Dan bil-għan li l-flus li jinġabru jmorru għall-Malta Community Chest Fund. Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca irringrazzjat lill-organizaturi ta’ dan il-kunċert u esprimiet ir-rieda tagħha sabiex il-Malta Community Chest Fund tkompli twettaq aktar proġetti.
Tkellimna ma’ Michael Grech, chairman tat-Teatru Manoel.
https://www.youtube.com/watch?v=EggRM2ZuZxA