Orgni ta’ 85 sena li kien fil-Knisja tat-Trinità Mqaddsa f’Sunderland, se jinġieb fil-Bażilika ta’ Kristu Re f’Raħal il-Ġdid wara li jsirulu xogħlijiet ta’ restawr.
Huwa stmat li dan l-orgni kien mibni minn kumpanija bbażata fil-belt ta’ Durham fir-Renju Unit, fl-1936.
L-orgni kellu jitneħħa b’urġenza mill-Knisja tat-Trinità Mqaddsa f’Sunderland, minħabba ħsarat li ġarrbet din l-istess knisja.
Il-Kappillan ta’ Raħal il-Ġdid, il-Kanonku Marc Andre’ Camilleri ddeskriva dan l-istrument bħala grandjuż, u spjega li se jintuża għal avvenimenti nazzjonali u kommemorazzjonijiet djoċesani.