Nhar il-Ħadd 10 ta’ Marzu timmarka t-8 edizzjoni tal-BRND WGN u tiġrijiet li jsiru fir-Ring Road tal-Università ta’ Malta.
Dan l-avveniment huwa popolari ħafna minħabba li l-qligħ kollu jmur għall-bżonnijiet ta’ Hospice Malta.
L-organizzatriċi Johanna Galea mill-Malta University Holding Ltd qalet “Dan l-avveniment jattira ħafna nies minn kull sfera tal-ħajja- minn atleti li jfittxu ġirja tajba sa familji li jfittxu ħarġa b’differenza. Dawn it-tlielaq javviċinaw l-istudenti Universitarji, l-istaff u anke l-pubbliku in ġenerali”.
“F’dan l-avveniment, se jkun hemm DJ, bouncing castles għat-tfal u kif ukoll gabbani tal-ikel. Aħna nissapportjaw ħafna lill-Hospice Malta, u qed nagħmlu minn kollox biex imorru dejjem aħjar mis-snin ta’ qabel.”
Hospice Malta hija organizzazzjoni li ma tagħmilx qligħ u toffri sapport lill-pazjenti morda b’mard terminali u l-membri tal-familja tagħhom permezz tas-servizzi professjonali offruti lilhom.
Dawk interessati japplikaw biex jieħdu sehem f’dan l-attività jistgħu jidħlu hawn: https://www.universitysportsandleisure.com/product/the-brnd-wgn-university-ring-road-races/
L-applikazzjonijiet se jiġu aċċettati sas-6 ta’ Marzu, u n-numri tat-tellieqa jistgħu jinġabru nhar il-Ġimgħa t-8 ta’ Marzu bejn il-5.00pm u s-7.00pm jew inkella s-Sibt 9 ta’ Marzu bejn is-2.30pm u l-4.00pm mill-pitch tal-football tal-5 -a-side tal-Università.