L-elezzjoni Presidenzjali Amerikana tinsab qrib u l-Partit Laburista organizza attività dwar din l-elezzjoni li għandha għajnejn id-dinja fuqha.
Din l-attività saret it-Tlieta filgħaxija fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, b’kollaborazzjoni bejn il-Partit Laburista u l-Ambaxxata Amerikana f’Malta.
Preżenti għal din l-attività kien hemm il-Professur mill-Università ta’ Virginia, Mark J. Rozell, li jispeċjalizza dwar is-sistema elettorali Amerikana.
Huwa spjega li din l-elezzjoni, speċjalment wara l-bidla fil-kandidat Demokratiku, mill-President Amerikan Joe Biden għall-Viċi President attwali Kamala Harris, hija waħda missielta sew. Dan anki kif juri l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika, li juri li Harris u Trump huma viċin ħafna fit-tellieqa għall-White House.
“Our projections are that is going to be remarkably close election, the polling data is showing that these two major party’s candidates are statistically tied in the seven critical states in the electoral collage. So, as of today, it’s very hard to predict what likely the outcome is going to be, but you can be sure that the candidate who is going to be able to mobilise his or her partisan is going to have the real advantage in this election.”
IL-PROFESSUR MARK J. ROZELL
F’din l-attività tkellimna mas-Segretarju Internazzjonali l-ġdid tal-Partit Laburista, John Grech.
“Kburi li bl-ewwel inizjattiva tiegħi bħala Segretarju Internazzjonali kienet li jkollna aktar lectures u ’l quddiem ħa jkollna iktar courses u hawnhekk se nispjegaw ukoll is-sistema elettorali Amerikana u l-analizi tal-elezzjoni tal-2024. Kuntent ħafna, għandna turnout tajjeb ħafna u l-interess qiegħed hemmhekk u bħala Partit mhux se niġġeddu biss minn aspett lokali, imma minn aspett internazzjonali, ukoll.”
JOHN GRECH