Il-Gozo Motorcross Association organizzat l-ewwel rawnd tal–kampjonat, nhar il-Hadd 30 ta’ Ottubru.
Wara diversi ġimgħat ta’ xogħol estensiv iċ-ċirkwit rega’ ha l-hajja hekk kif 20 sewwieq urew il-hila kbira fuq il-muturi taghhom.Is-sewwieqa huma kuntenti ħafna bil-livell għoli li l-kumitat irnexxielu jilħaq fiz-zamma u l-manutenzjoni tac-cirkwit.
Il-president tal-għaqda, Frank Xuereb irringrazzja lill dawk kollha li b’xi mod jew ieħor ghenu u apprezzaw il-ħidma sfieqa tieghu, flimkien mall-membri tal-kumitat u s-sewwieqa nfushom biex il-livell taċ-ċirkwit jkun wiehed ta’ kwalita’ u professjonalita’. Huwa sellem lil diversi sewwieqa godda li nghaqdu mal-assoccjazzjoni specjalment lil dawk li wara waqfa ta xi snin, regghu rritornaw lura ghal-motocross.
Bħas-soltu kien hemm erbgha klassijiet. Fi klassi A , ic-Champion kurrenti Steve Xuereb gie fl-ewwel post segwit minn Mario Cauchi u Joseph Bigeni rispettivament. Fil-kategorija B John Attard, akkwista punti massimi filwaqt li Robert Spiteri daħal fit-tieni post. Warajhom segwa Michael Vonbrockdorff fit-tielet post.
Imbaghad David Mercieca, rebbieh tal-kampjonat klassi D fl-2019, irnexxielu jidhol fl-ewwel post fi klassi Ċ, iz-zaghzugh Mark Camilleril segwa warajh, filwaqt li Matthew Spiteri, li rega rritorna wara xi snin akkwista t-tielet post. Fi Klassi D, rajna liz-zaghzugh Antoni Said jiehu punti massimi filwaqt li Luke Caruana dahal fit-tieni post segwit minn Gary Bartolo.
Fl-aħħar tal-ġurnata is-sewwieqa rebbieħa ingħataw trofew kull wieħed moghtija minn Wenzu Mercieca propjetarju ta’ Mezzan Garage
L-attivita’ tas-sewwieqa Juniors ma naqsitx. Hames sewwieqa ckjeknin hadu sehem u dawn inghataw trofej ta’ partecipazzjoni minn Sports Experience, Trophies and Awards. Is-sewwieqa kienu dawn – Diego Panza, Craig Piscopo, Trystn Theuma, Matthias Sultand u Skylar Slowe.
Il-Gozo Motocross Association tavża li t-tieni rawnd ta’ dan il-kampjonat issir nhar il-Ħadd 27 ta’ Novembru 2022.
Sadanittant, il-GMA theggeg aktar zaghzagh jinghaqdu bhala membri godda fi hdanha.
Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jżur il-paġna ta’ facebook fuq – https://www.facebook.com/gmagozo/?fref=ts