Il-Ħadd, 15 ta’ Ottubru, Island Car Club organizza s-6 Round tal-Enemed England Insurance The Point National Hillclimb Championship fl-Imtahleb.
Kenneth Camilleri kien l-aktar veloċi fost is-sewwieqa kollha f’dan ir-rawnd. Christian Azzopardi u Joseph Caruana spiċċaw fit-2 u t-3 rispettivament. Fuq Lotus, Konrad Abela kien l-aktar veloċi fil-Klassi għall-karozzi tat-Triq, u Matt Gatt, bl-Escort Mk1 Cosworth kien l-aktar veloċi f’karozza four-wheel drive. Britney Schembri, b’Honda Civic, kienet l-aktar sewwieq mara veloċi, filwaqt li Etienne Grech b’Citroen Saxo VTS kien l-aktar veloċi fuq karozza Front Wheel Drive.
L-iktar sewwieq veloċi f’karozza rear-wheel drive kien Edward Calleja bil-Lotus, filwaqt li Roberto Gauci kien l-iktar sewwieq veloċi f’Karozza Klassika, u Alfred Cremona b’Mazda MX5 kien l-aktar sewwieq veloċi b’eta ta’ aktar minn 60 sena, waqt li Isaac Burlo kien l-aktar veloċi taħt il-25 sena. Kyle Agius kien l-aktar veloċi fil-Guest Class.
Island Car Club qed jippjana li jorganizza s-7 round tal-Enemed England Insurance The Point National Hillclimb Championship fil-Baħrija fid-19 ta’ Novembru.