Il-Ħadd 19 ta’ Mejju, Island Car Club organizza ir-raba’ rawnd tal-Kamjonat Nazzjonali tal-Hillclimb għal din is-sena fl-isfond pittoresk tax-Xagħra f’Għawdex. Triq li toffri sfida, b’inklinazzjonijiet wieqfa u d-dawriet impenjattivi w popolari mad-dilettanti.
Ir-rebbieħa kienu: Terence Vella l-ewwel, Christian Azzopardi it-tieni, u Domenic Zammit it-tielet. Noel Galea rebaħ il-klassi tar-Rear Wheel Drive, Didier Bugeja rebaħ il-klassi għal vetturi Front Wheel Drive, Josef Calleja għal-Four Wheel Drive, Roberto Gauci rebaħ il-klassi għal-karozzi klassiċi, Konrad Abela rebaħ il-klassi għal-karozzi tat-triq, Martina Caruana kienet l-aktar sewwieq veloċi fost is-sewwieqa femminili, David Grech l-aktar veloċi fost is-sewwieqa ta aktar minn 60 sena u Nicholas Micallef ta taħt il-25 sena, Evan Abela Scolaro rabħ il-Guest class, u Max Fenech rebaħ il-kategorija tad-Drifting. S’issa, Mark Micallef rebaħ l-ewwel rawnd, Christian Azzopardi rebaħ it-tieni u t-tielet rawnd, u Terence Vella rebaħ dan l-aħħar round.
Dan l-avveniment ma kienx ikun possibbli mingħajr id-dedikazjoni tal-uffiċjala. Josef Abela serva bħala Clerk of the Course, Jeremy Cassar bħala Deputy Clerk of the Course, Susanne Fenech bħala Secretary of the Meeting, Adrian Figallo bħala Steward, u Joe Formosa bħala l-timekeeper, flimkien ma numru mdaqqas ta’ voluntiera f’diversi rwoli u responsabbiltajiet, u bl-appoġġ tal-Enemed, MeDirect Bank Malta, England Insurance, The Point Malta, w sponsors oħra. Ir-rawnd li jmiss, il-ħames, huwa skedat għal wara l-waqfa tas-sajf fit-22 ta’ Settembru. Il-post jitħabbar aktar tard.