Bejn il-Ħamis 11 u is-Sibt 13 ta’ Lulju, ġewwa it-trakka tal-kwart ta’ mil ġie organizzat it-tielet rawnd tal-kampjonat nazzjonali Enemed Drag Racing. Dan ir-rawnd ġie organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija Għad-Drag Racing. Bħalma jiġri kull sena dan ir-rawnd jkun differenti mill-4 l-oħra peress illi isir matul il-lejl hu b’hekk huwa magħruf mad-dilettanti bħala il-kwart ta mil ta’ bil-lejl. Il-Brackets intrebħu minn Neil Gauci, Felix Zarb, Billy Lowhing, Conrad Vella, Daniel Micallef, Chris Gauci, Christian Azzopardi, Semira Galea, Dennis Desira u John Martin. Index Class 1 intrebħet minn Luke Mercieca segwit minn Charlton Zammit u Clinton Degiorgio. Index Class 2 intrebħet minn Kevin Gauci, Neil Gauci u Semira Galea. Bracket tal-Muturi intrebħet minn Franklyn Borg. Open Class 3 u Extreme 2 Class intrebħu minn Clint Fenech, Front Wheel Drive Open Class intrebħet minn Chris Gauci. CA6 Class intrebħet minn Anthony Vella. Escort Class 2 u Class 3 intrebħu minn Christian Pace. Mario Borg rebaħ l-Open 6 Class filwaqt li il-klassi SM3 intrebħet minn Glenn Caruana.
Id-diversi Klassijiet tad-dragsters intrebħu kif ġej; Tyson Debono rebaħ il-klassijiet D4 u D5 filwaqt li Mario Borg rebaħ id-D6, Alan Muscat rebaħ id-DTF Class u Luca Mangion rebaħ il-Junior Dragster. L-aqwa reazzjoni fuq id-dawl kienet dik ta Neil Gauci.
Ir-4 rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali Enemed Drag Racing ser jittella’ bejn il-Ġimgħa 27 u il-Ħadd 29 ta’ Settembru.