Bħalissa għaddej il-Kompjonat Ewropew tal-Għawm Artistiku, organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Isport Akkwatiku fil-pixxina Nzzjonali ta’ Malta f’Tal-Qroqq.
Uffiċjali mil-LEN, li huwa l-Korp Governattiv li jħares l-isport akkwatiku madwar l-Ewropa kellhom kliem ta’ tifħir għall-organizzazzjoni professjonali u tal-għola livell ta’ dan l-avveniment.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport, Rikreazzjoni u Għaqdiet Volontarji Clifton Grima qal kif hu jħossu kburi li pajjiżna qiegħed jospita avveniment ewropew maġġuri.
Dr Grima żied jgħid li l-kapaċitajiet ta’ pajjiżna u tal-atleti tagħna huma infiniti u sew jekk nikkompetu lokalment u anke meta nikkompetu internazzjonalment, l-ambaxxaturi Maltin dejjem għamluna kburin. Is-Segretarju Parlamentari, faħħar u rringrazzja lill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Isport Akkwatiku għall-organizzazzjoni professjonali ta’ dan l-avveniment u lil SportMalta għall=ħidmietha favur l-atleti u l-isport Malti.
Is-Segretarju Parlamentari awguri lill-atleti Maltin li qed jirrappreżentaw lil pajjiżna f’dan il-Kampjonat Ewropew.
Mn-naħa tiegħu, il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Isport Akkwatiku Joe Caruana Curran qal li jħossu sodisfat li jisma’ l-kummenti pożittivi li għaddew l-uffiċjali tal-LEN.
Ma naqasx li Caruana Curran jirringrazzja lis-Segretarjat għall-Isport, Rikreazzjoni u Għaqdoet Volontarji li dejjem kien ta’ spalla u sapport.
Madwar 400 atleta minn 28 pajjiż ipparteċipaw matul dan l-avvenimant. Dawn il-figuri huma rekord fejn tidħol parteċipazzjoni.
Għal pajjiżna, irrappreżentawna Davida Bonanno u Valentina Marchi taħt il-gwida tal-kowċis Michelle Hubner u Hannah Preca Trapani.