Organizzat b’suċċess mill-MKBA (Malta Kickboxing Association) b’kollaborazzjoni mal-Gladiators Promotions is-Sibt 16 ta’ Settembru filgħaxija il-Kampjonat Nazzjonali ta’ Malta K1 u Kickboxing. L-avveniment ittella’ fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke.
Il-MKBA organizzat dan l-avveniment sabiex jintgħażlu l-ahjar ġellieda lokali minn diversi klabbs lokali biex jirrappreżentaw lil Malta fit-tim nazzjonali tal-K1 u tal-kickboxing li se jkunu qed jikkompetu kontra timijiet internazzjonali oħra fil-Kampjonati tad-Dinja tal-ISKA (International Sport Karate and Kickboxing Association) 2023 li se jittela gewwa Munich, il-Ġermanja, f` Ottubru li ġejn.
L-MKBA setgħet torganizza avveniment kbir b’total ta’ 32 bouts li jvarjaw f’kategoriji u gruppi ta’ etajiet differenti grazzi għan-numru kbir ta’ kompetituri mill-klabbs lokali tal-K1 u tal-Kickboxing.
Barra minn hekk, il-ġlieda finali ġiet merfuha għat-Titolu Ewropew ISKA Semi-Pro, li sar għall-ewwel darba fil-gżira Maltija bejn il-geliedha Maltija Celeste Galea mill-klabb Malti ta’ Team Noel, kontra Ana Castello minn Spanja. Din tal-aħħar rebħet t-titlu bil-punti wara ġlieda ta’ 5 x 3, fejn iż-żewġ ġellieda taw il-massimu tagħhom fi ġlieda bilanċjata ħafna.
Għaldaqstant, il-ġellieda rebbieħa Nazzjonali Maltin li se jkunu qed jieħdu sehem fil-kampjonat ISKA bħala parti mit-tim nazjonali Malti tal-K1 u l-Kickboxing huma:
- Isaac Bugeja
- Ruslana Farrugia,
- Jennifer Hwankuo
- Wendy Amber Pace
- Rhys Vella
- Kareem Abo Hassoun
- Brylee Cutajar Thorton
- Theance Farrugia Reeks
- Matthias
- Taras
- Cain Xavier Chetcuti
- Jake Azzopardi
- Isaiahan Zammit
- Skyler Bezzina
- Jaydee Cassar
- Thomas Georgie Ebejer
- Justin Pace
- Xante Marie Briffa
- Robert Riley
- Diane Xerri
- Faris Lukovic
- Emma Xuereb Leanne Magro Aleksakder Milkovic Naomi Camilleri Denzel Akinola
- Brent Spiteri
- Victor Aquilina
- Toraino Singleton
- Adam Lamouz
- Jesred Piscopo
- Aiden Catania
- Dillon Mamo
- Celeste Galea
Il-president tal-MKBA, is-Sur Isaac Chetcuti, feraħ lil kull parteċipant u lill-kowċis tagħhom talli taw l-aħjar tagħhom waqt avveniment daqshekk inkredibbli, feraħ lir-rebbieħa, filwaqt li ukoll ħeġġeġ lill-parteċipanti kollha sabiex ikomplu bil-ħidma tajba tahom ħalli ikunu dejjem lesti għall-kompetizzjonijiet bħal dawn f’ l-avvenimenti futuri. Issa li b’suċċess l-avveniment tal-Malta Nationals ġie konkluż u ġew identifikati l-ġellieda kollha li se jkunu qed jirrappreżentaw lil Malta, is-Sur Chetcuti kompla, li l-kumitat tal-MKBA issa ser inkun inpenjat u konċentrat fuq il-preparazzjoni ta’ dawn l-atleti u l-kontinġent Malti sabiex f` Ottubru jieħdu sehem u jagħtu prestazzjoni tajba waqt l-avveniment tant mistenni tal-ISKA.
Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, is-Sur Chectucti rringrazzja lill-awtoritajit lokali talli kienet ta’ appoġġ enormi biex tgħin lill-MKBA torganizza avveniment ta’ livell daqshekk għoli fuq skala nazzjonali. Semma wkoll kif avvenimenti bħal dawn ikomplu jgħollu l-livell tal-isport fil-K1 u l-Kickboxing Malti. Temm billi rringrazzja lill-membri kollha tal-pubbliku ġenerali li attendew għal avveniment tant sabiħ hekk kif bil-preżenza u l-appoġġ kontinwu tagħhom ħeġġew lill-ġellieda biex ikomplu jwettqu prestazzjoni tajba matul il-kompetizzjoni kollha.