Bejn il-11 u t-18 ta’ Ġunju Malta ospitat l-IPF World Classic Open Powerlifting Championship. Dan hu l-avveniment l-aktar prestiġjuż fil-kalendarju tal-International Powerlifting Federation u fih ħadu sehem 423 atleta internazzjonali minn 64 pajjiż differenti fosthom Malta.
L-avveniment ġie saħansitra imxandar b’mod dirett fuq Eurospsot 1 u l-Olympic Channel.
Żewġ pjattaformi li għandhom potenzjal ta’ 600 miljun spettauri minn 53 pajjiż ewropew u 8 pajjiżi asjatiċi.
Matul dawn il-kampjonati saret ukoll il-laqgħa ġenerali annwali tal-IPF, li hija l-Federazzjoni Internazzjonali tal-Powerlifting. Fiha ħadu sehem ‘il fuq minn 70 delegat tal-pajjiżi membri.
Dawn il-kampjonati setgħu isiru f’pajjiżna grazzi għal Madletiks Ltd u l-isponsor ewlieni VisitMalta.
Matul il-kampjonati inkisru wkoll bosta rekords:
Men – Deadlift – 74 kg Category – 328 kg – Carl Johansson
Men – Squat – 74 kg Category – 283.5kg – Timothy Monigatti
Women – BenchPress – 47kg – 99.5kg – Tiffany Chapon
Women – Deadlift – 52kg Category – 203Kg – Farhanna Farid
Women – Deadlift – 47kg Category – 200 kg – Heather Connor
Women Junior – Deadlift – 47kg Category – 175kg – Jessica Espinal
Women Junior – Deadlift – 69kg Category – 227.5kg – Clara Peyraud
Men – Deadlift – 83kg Category – 370.5 kg – Asein Enahoro
Women – Squat – 69Kg Category – 211.50kg – Prescilla Bavoil
Women – BenchPress – 76kg Category – 153kg – Agata Sitko
Men – BenchPress – 93kg Category – 243kg – Jonathan Cayco
Women – Squat – 76kg Category – 225.5kg – Karlina Tongotea
Men – Deadlift – 120kg Category – 386 kg – Singh Dhillon
Women – Squat – 84kg Category – 249kg – Amanda Lawrence
Men – Squat – 105kg Category – 362.5kg – Anatoli Novopismenyl
Women – Deadlift – 84+kg Category – 268kg – Natalie Laalaai
Dak ta’ ftit ġranet ilu mhux se jkun l-uniku avveniment internazzjonali ta’ importanza li se jiġi organizzat f’pajjizna. Is-sena d-dieħla, bejn it-23 t’Awwissu u l-1 ta’ Settembru, il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Powerlifting se torganizza f’Malta il-World Classic & Equipped Sub-Junio u l-Junior Powerlifting Championship li se jġib f’pajjiżna ‘il fuq minn 600 atleta.