Kevin Borg ta’ 41 sena minn Ħal Għaxaq u li wieġeb ħati li wettaq hold-up minn Pastizzerija f’Ħal Għaxaq ingħata ordni ta’ probation għal tliet snin.
Huwa kien seraq karta tal-€20 filwaqt li talab apoloġija lill-kaxxiera ta’ 19-il sena.
Meta tressaq il-Qorti l-prosekuzzjoni kienet spjegat kif l-akkużat kien ħareġ mill-vizzju tad-droga iżda minħabba xi problemi li daħal fihom fl-aħħar xhur u li hu ma kellux kontroll fuqhom, huwa spiċċa reġa’ daħal fil-vizzju tad-droga.
Spjega wkoll kif lill-kaxxiera kien qalilha li ser jirritorna l-flus hekk kif ikollu.