Ljubica Nedimovic ta’ 50 sena li tgħix l-Iklin ingħatat sentenza ta’ probation wara li ammettiet li aktar kmieni dan ix-xahar ikkommettiet serq aggravat.
Il-Qorti semgħet kif l-imputata kienet lesta biex tammetti l-ħtija għall-akkużi tagħha. Intqal kif hija għandha problema ta’ vizzju ta’ droga u għandha bżonn l-għajnuna, kif ukoll li bħalissa għandha kawża oħra miftuħa kontriha.
Il-Qorti tat lill-imputata sentenza ta’ probation għal sentejn, kif ukoll ordnat sabiex hija tikseb l-għajnuna sabiex tegħleb il-problema tad-droga tagħha.
Ġiet imwissija wkoll li jekk ma tobdiex l-ordnijiet tagħha mill-Qorti, hija se ssib lilha nfusha f’sitwazzjonijiet aktar diffiċli.