Koppja li tgħix f’dar fl-Imdina ġiet ordnata biex toħroġ minn din id-dar fi żmien tlett xhur u ntalbet tħallas għaxar t’elef ewro f’danni.
Dan wara li fil-Qorti Kostituzzjonali nstema’ li Maria Pia Galea, il-propjetarja tad-dar kienet krietha lil familja Attard għal ħamsa u għoxrin sena.
Dan ġara fl-elf disa’ mija tlieta u sebgħin iżda sitt snin wara daħlet liġi li biha l-propjetà ma setgħetx taqbad titieħed minn idejn Attard għaliex din il-familja kienet tissodisfa r-rekwiżiti taċ-ċittadinanza u r-residenza skont l-Att tlieta u għoxrin.
Dan kien ifisser li wara li skada l-ftehim ta’ ħamsa u għoxrin sena, il-koppja Attard baqgħet fid-dar fl-Imdina b’kirja ta’ ftit anqas minn elf u erba’ mitt ewro fis-sena.
Quddiem l-Imħallef Silvio Meli nstema’ wkoll li erba’ snin ilu l-kirja għall-koppja Attard għoliet għal kważi elfejn ewro fis-sena.
Meta ġie biex jagħti d-deċiżjoni tiegħu, l-Imħallef innota li l-koppja Attard ma kisret l-ebda liġi u sab li l-Avukat Ġenerali huwa responsabbli għad-danni li sofriet il-familja Galea li qatt ma setgħet tieħu lura f’idejha l-propjetà.
Madankollu l-Qorti qieset li l-familja Galea għandha tirċievi kumpens xieraq għat-telf minn meta ġġeddet il-kera wara li għadda l-ftehim li kien sar.
Dan skont il-valur matul iż-żmien li kieku l-proprjetà kienet libera għas-suq.