Tlett irġiel li ġibdu u ċċirkulaw filmat pornografiku ta’ tifla mingħajr il-kunsens tagħha u xerrduh, ġew ordnati jħallsuha total ta’ €32,656 f’danni.
It-tfajla kienet ressqet rikors għad-danni kontra John Martin, Derek Lee D’Amato, Lee Martin, Emanuel Theuma u Jurgen Debattista dwar każ li seħħ tlettax-il sena ilu. Dan wara li l-irġiel kienu nstabu ħatja li ġibdulha filmat mingħajr ma kienet taf waqt rapport sesswali bejniethom fi żmien meta t-tfajla kienet taħt l-età.
Filwaqt li l-Qorti eżaminat l-każijiet passati relevanti għall-każ, l-Imħallef Grazio Mercieca spjega kif danni psikoloġiċi mhumiex l-istess bħal danni morali u huma reali daqs danni fiżiċi li jistgħu jkunu ta’ detriment għall-potenzjal li persuna jkollu biex jaqla’ l-għajxien.
Il-każ għad-danni kontra Jurgen Debattista u Lee Martin laħaq ġie preskritt madankollu dak kontra t-tlett irġiel l-oħra ma kienx.
Għat-tifla dehru Dr Veronique Dalli u Andrew Saliba.