Mara li kienet tieħu ħsieb lil ħuha li kien marid terminali, ma baqgħetx tingħata l-benefiċċji soċjali wara li ħareġ li kellha biżżejjed flus biex tgħix.
F’April tal-2015, il-mara li kienet qed tingħata għajnuna finanzjara bħala assistenza soċjali ma baqgħetx tirċievi dan, fejn intalbet biex trodd lura s-somma ta’ €13,147.80 lid-dipartiment taha bejn is-sena 2012 u l-2015.
Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li ħareġ li lura f’Marzu tal-2012 hi bagħtet, bit-titlu ta’ donazzjoni, nofs is-sehem tagħha ta’ żewġ garaxxijiet.
Il-valur li kien iddikjarat ta’ porzjon tal-propjetà kienet dik ta’ €29,200. Dan ifisser li l-benefiċjarju tal-qliegħ mingħand l-istat kellha propjetà b’valur ta’ aktar minn €14,000, fejn b’hekk hi ma kinitx eliġibbli li tirċievi benefiċċji.
Wara li appellat minn din id-deċiżjoni quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali mingħajr ebda suċċess, il-mara ħadet il-każ il-qorti.
Hi sostniet li meta għamlet l-ewwel donazzjoni, din kienet biex teħles xi dejn li kellha ma’ oħtha, li lura fl-1994 selfitilha s-somma ta’ Lm20,000 biex tixtri vettura.
Apparti minn hekk, hi qalet li ma kinitx sidt il-propja tal-propjetà, fejn ħadet it-titlu ta’ sidt f’isem missierha li kellu problema tal-logħob.
Madankollu l-Qorti tal-Appell, immexxija mill-Maġistrat Anthony Ellul, osserva kif jekk dak li qalet hu veru minnu, hi mhux sippost li poġġiet il-firma tagħha biex tagħti l-propjetà lil xi ħadd ieħor.
Kien għalekk li l-Qorti ddeċidiet li tiċħad l-appell u li l-evidenza kontra tagħha kienet raġonevoli. B’hekk dan ifisser li l-mara ma kinitx intitolata għall-benefiċċji soċjali li ngħatat tul is-snin u li trid trodd lura dak li ngħatat skotn kif mitlub mid-Dipartiment.